Meta ġie ntervistat minn TYC Sports, il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Manchester United Paul Pogba żvela l-isem tal-plejer illi xi darba tant jixtieq jilgħab miegħu. “Tridu tkunu tafu ma’ min nixtieq nilgħab? Kieku rrid inkun fl-istess tim ta’ Neymar għax jogħġobni ħafna bħala plejer u anke l-karatteristiċi li għandu,” qal Pogba. Dan tal-aħħar stqarr illi meta jara lill-istilla Brażiljana jilgħab qisek qed tara l-ferħ veru fil-grawnd. Ammetta illi hu għandu teknika u ħila aktar min-normal filwaqt illi huwa lider assolut fit-tim. Din l-istqarrija kompliet żiedet l-ispekulazzjoni li Pogba jitlaq lil Manchester United wara żewġ staġuni magħhom.