F’artiklu li deher ħarġa tal-bieraħ ta’ The Daily Mail, dan qed jgħid illi Tottenham Hotspurs huma lesti li jlestu t-trattativi meħtieġa sabiex jiksbu l-firma tal-attakkant ta’ Crystal Palace Wilfried Zaha. Skont l-istess gazzetta, The Spurs diġà lestew l-ewwel kuntatti tant illi pproponew madwar €45 miljun sabiex jakkwistawh.
Il-plejer ta’ 25 sena skorja erba’ gowls matul dan l-istaġun mal-Eagles filwaqt illi pprovda tliet assists fi 22 dehra magħhom.
Huwa jilgħab ukoll bħala winger u kellu esperjenzi wkoll ma’ Cardiff City u Manchester United.