2 minuti qari

*Abigail, l-omm ta’ tlett itfal li allegatament jiġu mmaltrattati meta jkunu għand il-missier u s-sieħba l-ġdida tiegħu, tirrakkonta xi tħoss meta wliedha jkunu ‘l bogħod minngħa għall-27 siegħa sħaħ.
"Ma nafx x'jiġri minn uliedi għal 27 siegħa sħaħ; ma nafx hux jissawtu, raqdux, kielux. Ma naf xejn,” sostniet Abigail b’diqa kbira.
Tkompli tgħid li minkejja li xtrat mowbajl lit-tifla l-kbira biex iżżomm kuntatt magħhom, dan il-mowbajl jintefa’ mill-missier hekk kif uliedu jidħlu d-dar. Jekk l-omm iċċempel lill-missier, dan jaqtgħalha jew ma jweġibhiex.
*Abigail żiedet tgħid li l-eks sieħeb tagħha ma għandux ħin għal uliedu; “Biżżejjed tara l-istat li jiġu lura fih. Ħwejjiġhom dritt għall-ħasil. Ma nistenniex aħjar meta nqis li s-sieħba l-ġdida tiegħu abbandunat lil uliedha. Kif se tieħu ħsieb lil uliedi?”
Sostniet li Spettur tal-Pulizija offrielha li jixhed fil-kawża tas-separazzjoni għax, “Qalli nippreferi hekk milli nitla’ nixhed f’omiċidju.”
Għalkemm *Abigail allegat li l-Aġenzija Appoġġ ma għamlet xejn f’dan il-każ, Newsbook.com.mt talab ir-reazzjoni tal-Kap Eżekuttiv, Alfred Grixti, li qal li investiga l-allegazzjonijiet kollha li saru. L-intervista sħiħa ma’ Grixti se tkun imxandra fuq Newsbook.com.mt