Il-programm Follow Up tal-Ħamis 22 ta' Marzu jiddiskuti l-proġett FRAGSUS fejn xjentisti u arkeologi Maltin, Ingliżi u Irlandiżi ħadmu flimkien biex isiru jafu aktar dwar l-istorja ta' Malta. Dwar dan se nitkellmu ma' Sharon Sultana, Kuratur mill-Heritage Malta. 
Ma' Dr Keith Buhagiar nitkellmu dwar riċerka fuq knejjes fl-għerien f'Malta Medjevali. Kemm hawn minnhom f'Malta? 
Nitkellmu wkoll mal-bloggers ta' Newsbook.com.mt Norman Vella u Godfrey Farrugia dwar dak li kitbu fuq is-sit f'dawn l-aħħar jiem. 
Fl-aħħar nett, insellmu l-memorja ta' Dun Charles Vella, li għal diversi snin kien id-Direttur tal-Moviment ta' Kana.
Tippreżenta Sylvana Debono.