Il-Pulizija arrestat tliet irġiel wara li nqabdu b'40kg droga tal-kannabis f'rejd li sar fil-Ħamrun ilbieraħ wara nofsinhar.
Il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia, kien l-ewwel li ħabbar dan il-każ fi tweet.
Fi stqarrija separata, il-Pulizija ħabbret li din ir-rejd mill-Iskwadra ta’ Kontra l-vizzju tad-Droga wasslet għall-arrest ta’ Malti u żewġ Taljani.
Il-persuni li l-età taghom tvarja bejn it-33 u 47 sena kienu arrestati wara li nstab li kellhom 39.5 kilogrammi ta’ ħaxixa tal-kannabis u madwar nofs kilo raża tal-kannabis. Magħhom instab li kellhom ukoll arma tan-nar u madwar €16,000 fi flus kontanti.
Is-suspettati se jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

https://platform.twitter.com/widgets.js