L-għaqda St John Rescue Corps organizzat l-attività annwali tagħha biex issir spezzjoni tal-ħiliet tal-voluntiera tagħha.
Fis-7 ta’ April, il-voluntiera fakkru wkoll f’waħda mill-kollegi tagħhom, Jessica Micallef, li mietet f’inċident l-Imġarr. Huwa poġġew l-elmu tagħha fil-post li fih kienet toqgħod is-soltu.
Waqt ir-reviżjoni annwali tagħhom, il-voluntiera wrew il-kapaċitajiet tagħhom u wrew kif inhuma preparati biex jaħdmu flimkien.
Waqt l-attività, 11-il voluntiera ġew ippreżentati biċ-ċertifikat tal-ewwel għajnuna, sitta ngħataw ċertifikat għat-tifi tan-nar, u sitta oħra ngħataw ċertifikat fis-salvataġġ fl-ilma.
Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia attenda l-attività u tkellem dwar l-importanza tal-kollaborazzjoni bejn is-St John Rescue Corps mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD).
Ritratti: St John Rescue Corps