Għal dan l-istaġun, it-trainers mhux biss daħħlu aktar moda iżda saru aktar sofistikati, dawk hekk imsejħa high tech. Ditti bħal Vuitton, Valentino u Prada kollha ħarġu bi stili li mhux is-soltu narawhom f’dawn il-kollezzjonijiet.
Il-moda tidher li qed tħares lejn trainers b’qiegħ għoli u aktar komdu. Għax ngħiduha kif inhi, qiegħ għola u aktar komdu mhux aħjar minn xi wieħed ċatt qisek mixi ħafi fuq l-art?
Dawn it-trainers jistgħu jintlibsu kemm ma’ qliezet puliti, kif ukoll ma’ lbiesi irqaq tal-ħarir biex wieħed jikseb il-bilanċ bejn dawn iż-żewġ estremi ta’ żraben u lbies. Bħala kuluri, popolari ħafna l-abjad, iżda ma naqsux ukoll il-kuluri sajfin bħall-isfar u l-aħdar. 
Skont Vogue, dawn huma l-favoriti għal dan l-istaġun: 

Louis Vuitton

Stella McCartney


Adidas by Raf Simons

Prada


Rick Owens


Fila


Vetements


Dior


Karhu

Yeezy