Miet Carmel Zahra, Eks-President u President Onorarju tas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba. Huwa kellu 69 sena.
Zahra serva bħala President ta’ din is-Soċjetà għal 27 sena sħaħ bejn l-1990 u l-2017. 
Hu ta kontribut kbir lejn is-Soċjetà Santa Marija permezz tal-ħidma tiegħu fil-qasam pirotekniku u wara fil-Kumitat Eżekuttiv bħala President.
Fl- 2010, Carmel Zahra ngħata l-unur Ġieħ l-Imqabba mill-Kunsill Lokali tal-istess raħal għad-dedikazzjoni u s-sehem volontarju u attiv tiegħu b’risq il-festi fir-raħal.
Il-funeral se jsir għada fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba. Il-quddiesa tibda fit-3.30pm. Wara se jinżamm il-korteo bis-sehem tal-Banda Re Ġorġ V.