L-attriċi u kantanta Heather Parisi, li hija parti mill-kummissjoni esterna tal-programm Amici, iddeskriviet lill-kantanta Maltija Emma Muscat, bħala “straordinarja”.

Fit-tielet fażi tal-programm Emma kantat kontra Carmen. Emma nterpretat id-diska "I will always love you".
Fit-televoting Carmen rebħet b'54% tal-vot.
Matul il-programm, Emma kantat ma' Irama d-diska "Demons" ta' Imagine Dragons. Mal-għeluq tat-televoting, dawn rebħu b'53% tal-vot.
Fl-aħħar, dawk li ntgħażlu mill-pubbliku kienu Matthew, Einar, u Carmen. Emma daħlet fil-fażi tal-"eliminazzjoni" però ssalvat bl-erba' voti "iva" mill-"professori".
Is-serata tkompli s-Sibt li ġej.