Ir-rebbieħa tal-Eurovision fl-2014, Conchita Wurst qalet li għandha l-HIV u ilha tirċievi t-trattament għal “diversi snin”.
Il-kantanta ta’ 29 sena qalet fuq Instagram li l-ħsieb kien li żżomm privata din l-informazzjoni, iżda eks-sieħeb hedded li jagħti l-informazzjoni pubblikament.
“Mhu se nagħti d-dritt lil ħadd li jbeżżagħni jew jinflwenzali ħajti.” “Li ngħid kollox jien hu aħjar milli jagħti l-informazzjoni ħaddieħor.”
Wurst qalet li t-trattament regolari kkontrolla l-virus tant li m’għadux jidher fid-demm u ma jistax jgħaddi għand ħaddieħor.
Qalet li tittama li tagħti l-kuraġġ lil ħaddieħor u dak ikun pass ieħor kontra l-istigma ta’ persuni, li permezz tal-imġiba tagħhom jew ta’ ħaddieħor, spiċċaw infettati bl-HIV.
Wurst hi artista Awstrijaka bl-isem oriġinali ta’ Thomas Neuwirth.
Saret magħrufa fuq livell internazzjonali meta rebħet il-Eurovision fl-2014 bil-kanzunetta Rise Like a Phonenix.