Ġurnalist investigattiv Russu li kiteb dwar l-imwiet ta’ merċinarji fis-Sirja miet l-isptar wara li waqa’ mill-appartament tiegħu fil-ħames sular.
Maxim Borodin nstab mill-ġirien tiegħu bi ġrieħi serji.
Skont il-BBC, l-uffiċjali Russi qalu li ma sabux nota ta’ suwiċidju u li x’aktarx il-każ mhux wieħed kriminali.
Madanakollu, ħabib ta’ Borodin qal li l-ġurnalist qallu li kien ra numru ta’ persuni tas-sigurtà qrib l-appartament tiegħu ġurnata qabel.