L-eks Direttur tal-FBI James Comey qal li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump “huwa moralment inkompetenti biex ikun il-President” u li jitratta lin-nisa qishom “biċċiet tal-laħam”.  
Skont il-BBC, Comey qal dan waqt l-ewwel intervista televiżiva tiegħu wara li tkeċċa s-sena l-oħra. Hu qal lil ABC News li Trump jigdeb kontinwament u jista’ jkun li ostakola l-ġustizzja.
Sigħat qabel ma xxandret l-intervista, Trump akkuża lil Comey li gideb ħafna.
Fi kliem Comey, il-president għandu jkun xempju tar-rispett u għandu jħaddan il-valuri Amerikani, speċjalment dak tal-verità.