Il-programm Follow Up tat-Tnejn 16 t'April jibda billi jiddiskuti l-għotja ta' propjetà ta' €8 miljun mill-Knisja lill-Hospice Movement, imħabbra mill-Arċisqof Scicluna aktar kmieni dalgħodu. 
Wara, nfakkru s-sitt xahar mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. 
L-intervista ewlenija tal-lum hija ma' Mariella Catania minn Save The Embryo Protection Act fejn se niddiskutu jekk l-emendi proposti fil-liġi tal-IVF jgħinu, isalvaw jew jeqirdu l-embrijuni. 
Follow Up jixxandar kuljum bejn l-4:30pm u s-6pm fuq RTK 103FM. Preżentazzjoni ta' Sylvana Debono.