Mara weġġgħet f'ħabta bejn żewġ karozzi f'Tal-Pietà.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq l-Indipendenza għall-ħabta tal-16:15pm.
Persuni fuq il-post qalu ma' Newsbook.com.mt li l-inċident kien bumper to bumper bejn żewġ karozzi.
Il-mara għandha 46 sena u toqgħod il-Fgura. 
Aktar tard il-Pulizija kkonfermat li l-mara sofriet biss ġrieħi ħfief.
Ritratti: Ian Noel Pace