Riċetta ta' Karmen Tedesco 
Temperatura tal-forn: 180C, 350F, Gas Mark 4
Mod ieħor kif tista‘ sajjar dawn il-pulpetti huwa li tpoġġihom ġo taġen non-stick li tkun saħħantu minn qabel. Sajjarhom fuq nar moderat u aqleb wara ftit minuti biex issajjar minn naħa l-oħra.
Ingredjenti:

  • 400gr kapuljat tat-tiġieġ
  • 2 mgħaref Worcestershire sos
  • Kuċċarina trabb tal-mustarda
  • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 50gr basal
  • 200gr faqqiegħ imqatta‘
  • Kwart ta‘ kuċċarina salvja niexfa
  • 150ml stokk tat-tiġieġa 

Metodu:
1.      Ġo skudella ħallat il-kapuljat tat-tiġieġ, il-Worcestershire sos u trabb tal-mustarda.
2.      Ħawwad sew u fforma pulpetti tondi.
3.      Poġġihom fuq tilar tal-forn.
4.      Sajjar ġo forn li tkun saħħant minn qabel għall 45 minuta.
5.      Qatta il-basal. Saħħan iż-żejt ġo kazzola. Ixħet il-basal u sajjar għall ftit minuti.
6.      Żid il-faqqiegħ u s-salvija u sajjar sakemm il-faqqiegħ isir.
7.      Ġo skudella ħawwad flimkien id-dqiq u l-istokk.
8.       Żidhom mat-taħlita tal-faqqiegħ u ħawwad fuq nar moderat.
9.      Meta toħroġ il-pulpetti mil-forn jew servi billi tferra iz-zalza tal-faqqiegħ u l-basal fuq kull pulpetta jew servihom ġo xi ħobża.
Għal aktar riċetti segwi l-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK