Għaddejjin tfittxijiet intensivi f'Marsalforn għal Taljana ta' 60 sena residenti Għawdex. 
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, ilbieraħ il-mara ħarġet u ma rritornatx id-dar.
It-tfittxijiet qed isiru mill-Pulizija u mill-Forzi Armati ta' Malta (AFM) permezz ta' ħelikopter u patrol boat. 
Newsbook.com.mt infurmat li l-basket tagħha nstab ħdejn l-inħawi magħrufa bħala l-breakwater f'Marsalforn stess.