L-applikazzjonijiet għall-iskema ta’ boroż ta’ studju għal min jixtieq jispeċjalizza fil-qasam tal-arti u l-performing art fetħu.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li din is-sena l-allokazzjoni għal dawn il-boroż ta’ studju se tkun ta’ €300,000.
L-għan ta’ din l-iskema hi li tati opportunità lill-Maltin u Għawdxin kollha li diġà bdew juru ħiliet f’dawn l-oqsma sabiex ikunu jistgħu jkomplu jispeċjalizzaw u jitħarrġu. Studenti minn 11-il sena ’l fuq jistgħu japplikaw sat-18 ta’ Mejju.
Għal aktar dettalji tista tagħfas hawn.