Ix-xadina bl-isem ta’ Franko li jidher li ħarbet mir-residenza tagħha fl-Iklin, instabet tirrilassa fil-faċilitajiet tal-lukanda Corinthia tal-Bajja San Ġorġ.
Fuq Facebook, il-lukanda qalet li ħadet ħsieb lil Franco sakemm waslet għalih il-familja tiegħu. Spjegaw ukoll li tawh jiekol ħafna banana.
Il-lukanda qalet li qed tittama li issa Franco jtihom il-massimu tal-istilel fuq Trip Advisor.