Raġel ta' 58 sena mill-Mosta ħelisha ħafif, wara sparatura dalgħodu f'Ħal Għargħur.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li seħħ l-inċident fi Triq San Ġorġ għall-ħabta tad-9.30am, xħin seħħet l-isparatura f’razzett minħabba argument li aktarx hu wieħed familjari.
Jidher li raġel ieħor ta' 31 sena, li joqgħod Ħal Għargħur spara dawn it-tiri fid-direzzjoni tar-raġel l-ieħor.
Is-suspettat qed jinżamm arrestat mill-Pulizija.