Il-Ministru tat-Turizmu, Konrad Mizzi, qal li l-Air Malta ser tirċievi konsenja ta’ żewġ ajruplani fuq kirja fit-tul ta’ sentejn biex jingħaqdu mal-flotta ta’ ajruplani li għandha fil-preżent.
Huwa qal li preżentament il-flotta tal-Air Malta hija kollha mikrija u tinkludi tmien ajruplani fuq kirijiet fit-tul filwaqt li tnejn huma fuq kirijiet qosra .
Meta kien qed wieġeb mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo, il-Ministru qal li l-kirjiet fit-tul huma għal 14-il sena mikrija mill-kumpanija Airċraft Lessor waqt li ż-żewġ ajruplani ġodda ġejjin fuq kirja twila ta’ sentejn mikrija mill-istess kumpanija.
Huwa qal li l-arjuplani li mistennija jaslu dalwaqt qabel jingħaqdu mal-flotta jsirulhom spezzjonijiet ta’ manutenzjoni kif ukoll konfigurazzjoni tal- ispeċifikazzjoni KM fil-kabina tal-piloti u external livery.