Attakk suwiċida f’ċentru tar-reġistrazzjonijiet għall-votanti fil-Belt Kapitali tal-Afganistan, Kabul, ħalla 31 persuna mejta.
Skont il-BBC, aktar minn 50 persuna weġġgħu fl-isplużjoni li laqtet folla nies li kienet qed tistenna fl-entratura.
Il-grupp tal-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku qal li wettaq dan l-attakk.
Ir-reġistrazzjoni għall-votanti fetħet f’dan ix-xahar għall-elezzjonijiet leġiżlattivi li se jsiru f’Ottubru.