Il-President ta’ Borussia Dortmund Hans-Joachim Watzke meta kien intervistat mill-gazzetta sportiva Ġermaniża Sport Bild, ikkonferma illi jixtieq iżomm lill-akkwist li għamlu mingħand Chelsea Michy Batshuayi.
Dan tal-aħħar bħalissa jinsab b’self mat-tim Ġermaniż u tant qed jimpressjona illi l-ogħla awtoritajiet tal-klabb lesti jinnegozjaw mal-Blues fit-tentattiv illi jerġgħu jiksbu s-servizzi tiegħu matul l-istaġun illi ġej.
Bħalissa Chelsea għandhom żewġ attakkanti li huma Olivier Giroud u Alvaro Morata u Watzke jemmen illi m’hemmx post għal Batshuayi fil-futur mal-Blues.