Il-programm Newsline tas-Sibt 28 ta' April jiftaħ b'diskussjoni dwar The Daphne Project, flimkiem ma' Roberto Debrincat, l-Editur l-Orizzont. 
Andre Debattista, Opinjonista dwar Aħbarijiet Internazzjonali jispjega x'qed jiġri fil-Korea ta' Fuq u t'Isfel, filwaqt li ma' Dott Dominico Coviello, Direttur Mediku tal-Laboratorio Genetica Umana Genova, nitkellmu dwar il-ħajja mill-bidu nett tagħha. 
Fit-tieni parti tal-programm Prof Maryanne Lauri, Membru tal-Bord tal-Adozzjonijiet, tispjega s-sitwazzjoni tal-adozzjonijiet f'Malta. 
Fr Brendan Gatt jagħti wkoll risposta għal storja fuq One, filwaqt li nisimgħu l-kummenti tal-Kummissarju għat-Tfal Pauline Miceli dwar l-pożizzjoni tagħha dwar l-iffriżar tal-embrijuni u s-surrogacy. 
Nsegwu wkoll il-kummenti ta' Dr Ramon Bonnett Sladden b'reazzjoni tal-appell tal-President ta' Malta biex id-diskussjoni dwar il-liġi għall-ħarsien tal-embrijuni ssir fuq perjodu itwal ta' żmien. Fl-isfont ta' dan, nsegwu x'qal Dr George Vella f'artiklu fit-Times of Malta dwar l-iffriżar tal-embrijuni. 
Fl-aħħar nett, analiża qasira dwar l-omelija tal-Arċisqof fil-Kamra tal-Kummerċ fejn qal: "Mhux unur li nagħmlu l-flus minn xi ħaġa li tkisser il-familji", flimkien ma' Daniel Darmanin mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi. 
Preżentazzjoni ta' Fr Joe Borg u Manuel Delia. Newsline jixxandar kull nhar ta' Sibt bejn l-10am u 12pm fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt