Il-programm Newsline tas-Sibt 5 ta' Mejju 2018 jiddiskuti l-aħbar li ħarġet minn The Daphne Project din il-ġimgħa fejn qed jingħad li Malta saret ċentru ta’ ħidma ta’ kuntrabandu taż-żejt misruq mill-Libya. Fuq xiex hija bbażata din l-allegazzjoni? Dwar dan nitkellmu mall-ġurnalist investigattiv Lorenzo Bagnoli. 
Għal darb'oħra nistaqsu l-mistoqsija: Il-ħajja umana tibda mill-konċepiment jew le? Dr Mark Sant u Profs Pierre Schembri Wismayer jiddiskutu l-pożizzjoni diverġenti tagħhom. 
Ma' James Debono u Albert Gauci Cuningham niddiskutu jekk f'Malta nħaddnux il-libertà tal-istampa, hekk kif din il-ġimgħa ġiet mfakkra #PressFreedomDay.
Fl-aħħar nett, ma' Dr Joe Borg, li fis-snin li għaddew serva bħala Kummissarju Ewropew u Ministru tal-Affarijiet Barranin, naraw jekk qablilniex li 14-il sena ilu dħalna fl-UE.
Preżentazzjoni ta' Fr Joe Borg u Manuel Delia. Newsline jixxandar kull nhar ta' Sibt bejn l-10am u 12pm fuq RTK 103FM.