Il-programm Newshour tal-lum jibda lil hinn minn xtutna, hekk kif illum infakkru Jum l-Ewropa. Sylvana Debono tintervista lil Dr Peter Agius, il-Kap tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta. 
Ma' Michael Pace Ross, is-Segretarju Amministrattiv tal-Kurja, nitkellmu dwar ftehim meqjus bħala “storiku” li bih il-Konkatidral ta’ San Ġwann se jkun disponibbli għal studjużi u riċerkaturi mill-Università ta’ Malta, u fil-proċess l-istituzzjoni tinfetaħ aktar għan-nies u tkun ukoll għodda ġdida ta’ tagħlim għaż-żgħażagħ. 
Fl-aħħar nett insegwu intervista ma' Lorenzo Bagnoli, ġurnalist Taljan li qed jaħdem fuq The Daphne Project, fejn qal li fl-Italja l-awtoritajiet ħadu ħsieb li jwaqqfu parti mill-kuntrabandu li kien inkixef minn ġurnalisti Taljani f’Ottubru li għadda, iżda skont hu “f’Malta hemm sistema batuta". 
Newshour jixxandar mit-Tnejn sal-Ħamis bejn il-5pm u 6pm fuq RTK 103FM u Newsbook Facebook LIVE. 
Illum bi preżentazzjoni ta' Matthew Borg.