Is-servizzi ta’ VolHealth, li bħalissa qed jiġu offruti fl-Isptar Mater Dei, se jiġu estiżi għaċ-ċentru ta-Saħħa tal-Furjana. 
Dan wara ftehim bejn SOS Malta, li fost is-servizzi li toffri, hemm is-servizzi tal-Volserve u t-Taqsima tal-Kura Primarja fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa. 
Il-Ministru Chris Fearne qal li dan is-servizz se jkun estiż għaċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta u ta’ Raħal Ġdid fix-xhur li ġejjin. 
Dan il-ftehim ġie ffirmat minn Claudia Taylor-East f’isem SOS Malta u minn Roseanne Camilleri, il-Kap Eżekuttiv tal-Kura Primarja.
Ritratt: DOI