Riċetta ta' Anton B. Dougall 
IMPORTANTI: Jekk se żżomm din l-insalata għal xi jumejn, poġġiha f’ kaxxa li ma jkollix il-ġnub għolja u li jkollha għatu.
Ingredjenti:

  • Ross
  • Sider tat-tiġieġa mixwi
  • Taħlita ta’ ħaxix
  • Bżar u melħ 

Metodu:
1. Għalli r-ross. Ftakar li ma tridx issajjru żżejjed. L-aħjar kwalità ta’ ross li tuża hija dik long grain. Meta jkun lest saffi u kessaħ u erġa saffi sewwa. Poġġih f’bieqja.
2. Għamel taħlita ta’ ħaxix imqatta rqiq bħal karrotti, pastard, brokkoli, qarabagħli u piżelli. Sajjar kollox imma trid tiftakar li ma tridx issajjru żżejjed. Meta jkun sar qattru u kessħu u ħalltu mar-ross.
3. Qatta s-sider tat-tiġieġa u ħalltu mat-taħlita tar-ross. Roxx ftit bżar u melħ u ħawwad tajjeb.
4. M'għandekx iżżomm ir-ross f’kontenitur li jkollu l-ġnub għoljin. Ma tridx tkun aktar minn żewġt iswaba għolja. Dan għaliex inkella r-ross jeħżien.
Għal aktar riċetti segwi l-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3:30pm u l-5pm fuq RTK