Is-63 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest intrebħet mill-Iżrael.
Il-kanzunetta Toy kantata minn Netta ta' 25 sena rebħet il-festival.
Jidher li l-kantanta qisha ikkonfermat li se jsir f’Jerusalemm meta qabel intemmet is-serata qalet: See you all in Jerusalemm next year’.
Eżatt wara l-Festival sar magħruf ukoll li fis-semifinali tal-Ħamis Malta kisbet 101 punt u spiċċat fit-13-il post minn 18-il kanzunetta, 3 wara l-għaxra li għaddew.
Il-ġurati Maltin taw 8 punti lil Franza, 10 punti lill-Italja u 12-il punt lil Ċipru.
Mill-voti tal-ġurati l-ewwel post kisbitu l-Awstrija, warajha l-Iżvezja u t-tielet l-Iżrael.
Mill-voti tal-pubbliku l-ewwel post kisbitu Netta tal-Izrael, warajha Cipru  u t-tielet l-Italja.

Ritratti u Filmati: Andreas Putting u Eurovision.tv