L-Air Malta se topera titjira speċjali għal 168 partitarju tal-futbol biex jattendu l-finali tal-UEFA Champions League.
Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li organizzatur lokali rnexxielu jbigħ il-postijiet kollha fi ftit jiem.
Il-finali tas-Sibt 26 ta' Mejju bejn Real Madrid u Liverpool ġibdet ħafna interess lokalment minħabba li ż-żewġ timijiet huma popolari f'Malta.
Kiev hija waħda mir-rotot ġodda tas-sajf ta’ l-Air Malta b'servizzi skedati ta' kull ġimgħa li jibdew it-Tlieta 19 ta' Ġunju.