Sam Allardyce huwa mistenni li jħalli lil Everton minkejja l-fatt li l-kuntratt tiegħu jonqsu sena oħra sabiex jintemm.
L-esperjenza ta’ Allardyce fil-kampjonat Ingliż hija waħda vasta iżda hu ma rnexxilux jikseb post fil-qlub tal-partitarji ta’ Everton. Il-kowċ ta’ 63 sena ħa post Ronald Koeman li tkeċċa mid-diriġenti tal-klabb fi tmiem t’Ottubru.
Numru konsiderevoli ta’ sorsi fil-midja Ingliża qed isostnu li l-kandidat numru wieħed sabiex jieħu post Allardyce huwa l-Portugiż Marco Silva li huwa magħruf għall-esperjenzi tiegħu flimkien ma’ Watford u Hull City. Mill-2015 sal-2016 Silva kien ukoll il-kowċ ta’ Olympiacos u għenhom jiirbħu t-43 kampjonat fl-istorja tagħhom.