Tista’ tkun kemxejn diffiċli sabiex tiekol ħames porzjonijiet ta’ ħaxix u frott kuljum, kif inhu rakkommandat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).
Skont it-tabib Rangan Chatterjee, li hu magħruf fir-Renju Unit, biżżejjed jekk tiekol il-brokkoli.
Il-fibri tal-brokkoli jipproduċu batterji tajba fl-imsaren u b’hekk l-imsaren u anke s-sistema immunitarji tibqa' f'saħħitha. 
It-tabib saħaq li l-brokkoli jgħin ukoll biex il-moħħ jaħdem aħjar u potenzjalment jgħin sabiex tnaqqas il-piż żejjed u l-uġigħ fil-ġogi.