Transport Malta se tkompli bl-asfaltar fi Triq is-Sebħ li tagħmel parti mill-Marsa Ħamrun Bypass mil-lejla fid-direzzjoni lejn ir-Rabat.
Ix-xogħol beda fit-8:00pm u se jkompli għaddej sal-5:00am ta’ għada. Mistenni jkompli għaddej ukoll fl-iljieli ta’ wara.  Waqt ix-xogħol din il-parti tat-triq se tkun magħluqa għat-traffiku. It-triq se tkun aċċessibbli għat-traffiku f’kull direzzjoni matul il-jum.
Transport Malta qed tħeġġeġ lis-sewwieqa biex jużaw toroq alternattivi.


Ritratt: Google