Minkejja li Arsenal għadhom m’għażlux is-suċċessur ta’ Arsene Wenger, id-diriġenti tal-klabb minn Londra qed jaħdmu sabiex isaħħu lid-difiża tal-Gunners.
Arsenal urew interess fid-difensur Grieg Sokratis Papastathopoulos li mistenni jiswa madwar £17.5 miljun. Peress li Per Mertesacker irtira u Laurent Koscielny sofra injury li se jżżommu barra minn kull logħob kompetittiv għal madwar sitt xhur, it-tim Ingliż qed ifittex difensur ieħor biex itaffi l-vojt li ħallew dawn iż-żewġ plejers.
Papastathopoulos ingħaqad ma’ Dortmund fl-2013 wara żewġ staġuni ma’ Werder Bremen u matul iż-żmien sar wieħed mill-aktar plejers konsistenti fl-iskwadra ta’ Dortmund.
Matul Marzu gazzetti Ingliżi kienu rrapurtaw ukoll l-interess ta’ Arsenal fid-difensur ta’ Freiburg Caglar Soyuncu iżda l-prezz tiegħu ta’ £35 miljun sfurzathom ifittxu alternattiva.