Sport Malta ppreżentat ‘il fuq minn €1 miljun f’għajnuna finanzjarja lil diversi assoċjazzjonijiet u atleti.
Waqt iċ-ċeremonja tal-għoti ta’ dawn il-fondi, is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima, qal li l-għan tal-għajnuna finanzjarja hu li jittieħdu inizjattivi biex jiġġeneraw dħul li permezz tiegħu l-isport ikun jista’ jikber. 
Semma kif il-liġi ta’ kummerċalizzazzjoni ta’ artijiet sportivi tindirizza dan l-istess għan. 
Din il-liġi tagħti libertà regolata lill-klabbs u assoċjazjonijiet li jużaw l-artijiet fdati lilhom mill-Gvern biex ikomplu jkabbru l-ekonomija tagħhom u b’hekk l-isport tagħhom jikber. 
Ritratt: DOI Jeremy Wonnacott