Newshour tal-lum l-Erbgħa 16 ta' Mejju, se jibda b'rakkont tal-ġurnalista ta' Newsbook.com.mt Christoph Schwaiger li dalgħodu kien qed jirrapporta mill-Qorti, fejn spikkaw il-każ taż-żagħżugħ ta' 17-il sena li jinsab akkużat b'attentat ta' qtil wara li tajjar u kaxkar pulizija tat-traffiku, li jinsab fil-periklu tal-mewt u l-każ tal-mara akkużata li ordnat li ssir telefonata dwar theddida ta' bomba fuq il-vapur tal-Gozo Channel. 
Veru li Fr Peter Serracino Inglott kien ikun favur l-emendi li jrid jagħmel il-Gvern għal-liġi favur l-iffriżar u l-kiri tal-ġuf? Fr Joe Borg jitkellem ma' Dr Ranier Fsadni, qarib ta' Fr Serracino Inglott u lettur tal-Antropoloġija fl-Università ta’ Malta. 
Residenti u NGOs illejla se jipprotestaw kontra l-proġett propost fuq is-sit tal-ITS minn db Group.  Il-protesta bl-isem Do Not Bury Us Alive, qed tiġi organizzata mill-Moviment Graffiti.
Preżentazzjoni ta' Nicole Borg