Mara qed tissielet għal ħajjitha wara li ttajret minn mutur fin-Naxxar illum wara nofsinhar.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li dan l-inċident seħħ fis-12:40pm fi Triq il-Fortizza.
Il-mara ta’ 73 sena min-Naxxar intlaqtet minn mutur misjuq minn raġel ta’ 52 mill-Imġarr.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei.