Ftit tal-ħin ilu għadha kemm saret ħabta fi Triq Burmarrad.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm fl-akwati tal-kameras tat-traffiku.
Iż-żewġ persuni involuti kienu mara barranija ta' 69 sena u raġel ta' 33 sena miż-Żurrieq, li sifrew biss ġrieħi ħfief.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm, xħin seħħet il-ħabta bejn il-vann misjuq mir-raġel u l-karozza misjuqa mill-mara.
Ritratti: Myles Rowlands