Xarabank mimlija attivisti kontra l-faqar li qed iddur l-Unjoni Ewropea, dil-ġimgħa waslet Malta.
L-għan wara din l-inizjattiva huwa biex tħeġġeġ lill-awtoritajiet joħolqu skemi ta’ paga minima xierqa. 
Skont dawn l-attivisti, wieħed minn kull erba’ persuni fl-UE jinsabu fir-riskju tal-faqar. 
Kelliema għal dan il-proġett Anna Vanlanker qalet li dan il-vjaġġ mifrux fuq xaharejn għandu l-għan li jiġbor aspett wiesgħa dwar il-problema tal-faqar fl-Ewropa kollha. Fl-aħħar jinħareġ rapport dwar il-faqar f’kull membru tal-UE. 
Wara Malta, din ix-xarabank tibqa’ sejra lejn Sqallija qabel ma taqbad it-triq lejn il-Greċja.
Ritratt: Arkivji