Mark Zuckerberg, il-fundatur ta’ Facebook mistenni jmur Brussell biex jiċċara l-affarijiet relatati mal-użu tal-informazzjoni personali f’laqgħa mar-rappreżentanti fil-Parlament Ewropew.
Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani laqa’ din l-aħbar u qal li ċ-ċittadini Ewropej jistħoqqilhom li jingħataw spjegazzjoni sħiħa u dettaljata.
Sostna li dan hu pass importanti biex terġa’ tissaħħaħ il-fiduċja.
Zuckerberg mistenni jiltaqa’ mal-mexxejja tal-gruppi politiċi kollha u maċ-Chair u Rapporteur tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern (LIBE).
L-istqarrija tal-President Tajani ttemm tgħid li l-libertà għandha dejjem tkun akkumpanjata b’responsabbiltà.