Kenneth Calleja ħareġ l-ewwel kanzunetta tiegħu – Living in a Song, aktar kmieni dax-xahar. Huwa se joħroġ il-kumplament tal-album għall-ewwel darba nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju.
Calleja se jagħti xow bid-diski l-ġodda tiegħu li se jindaqqu għall-ewwel darba r-Razzett l-Aħmar. Matul il-kunċert se jkanta wkoll diski klassiċi tar-Rock.
Calleja kkollabora ma’ għadd ta’ mużiċisti Maltin kif ukoll ma’ oħrajn internazzjonali.
Aktar informazzjoni dwar din l-attività tista’ ssibha fuq il-websajt personali ta’ Kenneth Calleja.