Il-pijunier tal-ġinnastika f’Malta Albert Chun miet nhar l-Erbgħa li għadda u bosta kienu dawk li tellgħu r-reazzjoni tagħhom għall-aħbar fuq il-midja soċjali.

Chun kien strumentali biex bosta tfal jagħmlu l-attività fiżika. Huwa kien kowċ nazzjonali tat-tim tal-ġinnastika u għen fil-formazzjoni tal-aqwa ġinnasti f'Malta.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista u TimSport PN sellem il-memorja ta' Albert Chun u appellaw sabiex ix-xogħol siewi tiegħu fil-ġinnastika jitkompla fil-formazzjoni tal-atleti lokali. 

Ritratt: Malta Gymnastics Club (ISC)