Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjoni (FKNK) qalet li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) se tkun qed tagħti verdett fil-Kawża tal-Kummissjoni kontra Malta dwar l-Insib tal-Għasafar tal-Għana fil-21 ta' Ġunju fid-9:30am.
Fi stqarrija, l-FKNK qalet li l-verdett tal-ECJ se jtaffi mit-tbatija u tensjoni li jsofru eluf ta’ nassaba Maltin u l-familji tagħhom.
L-FKNK qalet li qed tistenna bil-ħerqa s-sentenza tal-Qorti. Qalet li din se tassigura trattament ugwali u ta' unità għall-Istati Membri kollha. Żiedet tgħid li ssegwi r-raġuni u l-ġustizzja filwaqt li tirrispetta l-ispirtu tad-Direttiva tal-Għasafar.
Ritratt: FKNK