Waħda mill-akbar kumpaniji ta’ mħatri fid-dinja Bet365 “finalizzat pjan” sabiex tmexxi l-operat ewlieni tagħha minn Malta wara l-Brexit.
Preżentement dan l-operat jitmexxa minn Ġibiltà.
Rapport f’The Sunday Times of Malta ikkonferma li mal-1,000 impjegat mistennija jiċċaqalqu lejn Malta hekk kif ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.
Skont l-aħħar ċifri, il-kumpanija Bet365 kellha dħul ta’ iktar minn 1.5 biljun Lira Sterlina, flimkien ma’ 23 miljun klijent minn madwar id-dinja.
L-istess rapport sostna li diġà hemm ftehim ta’ konvenju biex il-kumpanija tixtri biċċa art kbira f’Tigne’ f’Tas-Sliema għall-valur ta’ madwar €70 miljun.