L-għaqda Vegan Malta wriet filmati dwar il-krudeltà tal-annimali waqt l-attività ‘The Cube of Truth’ fil-Belt Valletta illum.
Din l-attività tiġi organizzata madwar id-dinja kollha. Jintwerew filmati dwar il-krudeltà lejn l-annimali involuti fil-produzzjoni tal-laħam, ħut, ħalib, bajd, tal-ħwejjeġ, u tal-kosmetiċi.
Vegan Malta hija għaqda bl-għan li tipprovdi informazzjoni rigward l-abbuż li jsir fuq l-annimali kuljum għall-produzzjoni tal-ikel, ħwejjeġ, esperimenti xjentifiċi, u divertiment.
Waqt din l-attività, il-membri ta Vegan Malta qagħdu f’kaxxa magħmula minnhom stess, spalla ma’ spalla fejn it-Teatru l-Antik. Kull min ried seta’ joqgħod jara l-filmati msemmija.