Oħt Jake Cutajar, iż-żagħżugħ ta’ 21 sena li tilef ħajtu waqt li kien live fuq Facebook, spjegat li ħuha kien iħobb lil kulħadd, anke lil dawk li kienu jidħku bih.
Il-live beda ftit qabel il-11 ta’ filgħodu u dam għaddej madwar tliet sigħat u l-għan tiegħu kien li jitlob għan-nies morda.
Jake deher fil-bidu tal-filmat u wara li qam minn bilqiegħda ma deherx u ma nstemax iktar. Madanakollu għall-aħħar tal-filmat dehru qraba tiegħu jibku.
Oħt Jake qalet dan il-kliem mill-profil tiegħu stess fuq Facebook, filwaqt li ħabbret li se tagħti d-dettalji tal-funeral fil-jiem li ġejjin.
Kienu bosta dawk li kkummentaw u ħallew messaġġi ta’ dieqa għat-telfa taż-żagħżugħ, bil-messaġġ komuni jkun dak li kien bniedem qalbieni u li verament iħobb.
Raġel li kellu x-xorti jitkellem ma’ Jake fuq Messenger spjega kif Jake kien qallu li l-pajp ma mnieħru kien qed iżommu ħaj, u li jekk ikollu jneħħih jibda jbiddel il-kuluri “bħal kamaleonte”. Spjega li beda jurih l-istatwi u l-kuruni, bi wħud minnhom li kien għamel hu stess.