Mijiet ta’ familji żaru l-Open Weekend tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Illum ġie fi tmiemu l-open weekend li kellhu t-tema ta’ Servizz u Protezzjoni. Din l-attività ġiet organizzata bħala parti mill-ġimgħa ddedikata lis-Servizz Pubbliku.
Mijiet ta’ familji żaru l-istazzjoni tat-tifi tan-nar ta’ Ħal Far u ħadu sehem f’diversi attivitajiet.
Fost l-attivitajiet, kien hemm wirjiet ta’ tifi tan-nar, wirjiet tal-klieb, wirjiet bil-ħbula, simulazzjoni ta’ inċidenti tat-traffiku, u wirjiet statiċi bil-vetturi.
Il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku tibqa’ għaddejja sa nhar il-Ħadd 27 ta’ Mejju, b’diversi attivitajiet maħsuba biex tkun rikonoxxuta l-ħidma tal-uffiċjali pubbliċi u biex il-pubbliku jkollu aktar għarfien dwar din il-ħidma.