Il-Partit lemin-estrem tal-Lega talab lill-poplu Taljan sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-programm ta’ koalizzjoni li għaqqad mal-Partit Ewro xettiku tal-Moviment tal-Ħames Stilel permezz ta’ vot informali.
Dan filwaqt li l-partiti qed jippruvaw jiddeċiedu dwar kandidat komuni li se jkun qed imexxi l-koalizzjoni fil-Gvern.
Filwaqt li l-Partit tal-Ħames Stilel ħa vot onlajn, il-Lega ddeċidiet li tagħmel, 1,000 post għall-votazzjoni madwar l-Italja kollha matul tmiem din il-ġimgħa. Fuq il-karti tal-vot hemm miktub l-10 puti ewlenin tal-kuntratt.
Il-kuntratt tal-Gvern bejn iż-żewġ partiti ġie ppublikat il-Ġimgħa, wara 11-il ġimgħa ta’ staġnar politiku.
Il-programm governattiv se jwassal għat-tnaqqis tat-taxxi, iż-żieda fin-nefqa għall-benesseri tas-soċjetà kif ukoll qed jipproponu wħud mill-akbar sfidi għall-Unjoni Ewropea minn Brexit.
Il-pjan se jiġi ppreżentat lill-President Sergio Mattarella sa nhar it-Tnejn li ġej.
Ritratt: Reuters