Frederick Schembri nħatar President tal-board tal-gvernaturi, filwaqt li Joachim James Calleja nħatar Kap Eżekuttiv u Prinċipal fi ħdan il-Kulleġġ Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija tal-Arti (MCAST). 
Stephen Cachia, li kellu l-irwol li ħa Calleja, se jkun qed jieħu l-kariga ta’ Direttur Ġenerali fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. 
Kien Newsbook.com.mt li ħabbar din il-ħatra l-ġdida għal Cachia f'nofs tilwima industrijali fl-MCAST.
Preżentament, Schembri huwa Direttur Maniġerjali tal-kumpanija farmaċewtika Aurobindo Pharma Ltd, filwaqt li Calleja huwa Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop). Calleja ilu involut fis-settur tal-Edukazzjoni mill-2001, u mill-2011 sal-2013 kien ukoll Segretarju Permanenti mal-Ministeru tal-Edukazzjoni.