Il-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li fl-aħħar sena d-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni ħadmet ma’ diversi entitajiet dwar inizjattivi biex Malta tinżamm nadifa.
Fost dawn semma kampanja dwar tindif fl-iskejjel, reviżjoni tal-proċess ta’ ġbir ta’ skart fil-Belt Valletta bħala proġett-pilota għal Malta kollha u ħidma fil-bajjiet Maltin biex titneħħa l-alka bi preparazzjoni għas-sajf. 
Waqt laqgħa mal-ħaddiema ta’ din id-Diviżjoni, il-Ministru Bonnici sostna li bil-ħidma tagħhom qed tingħata attenzjoni  lil bosta lokalitajiet li fl-imgħoddi ma kienu jingħataw l-ebda għajnuna.  
Tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista li fakkar kif is-sena l-oħra l-gvern investa mal-€400,000 f’tagħmir ġdid għad-Diviżjoni u din is-sena se jerġa’ jinvesti l-istess ammont biex issir iktar effiċjenti.
Ritratt: DOI – Charles Zammit