Ir-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar Malta għall-2018 jirrikmanda li Malta tħares lejn is-sostenibbiltà tas-settur tas-saħħa u l-pensjonijiet fost l-oħrajn billi jżid l-età tal-irtirar u biex inaqqas l-irtirar kmieni mix-xogħol.
L-istess rapport jesiġi li Malta ssaħħaħ il-qafas governattiv tagħha fejn tidħol is-superviżjoni tas-settur finanzjarju f’Malta, billi jsaħħaħ miżuri kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-korruzzjoni. 
"M'hemmx bżonn tinbidel l-età tal-pensjoni f'Malta" – il-Gvern 
Il-Gvern intant b’risposta tenna l-impenn tiegħu li se jibqa’ joffri servizzi ta’ saħħa b’xejn, kif ukoll li jagħti pensjonijiet sostenibbli liċ-ċittadini Maltin, mingħajr ma jbiddel l-età tal-iritrar. 
Il-Gvern qal li qed jinnota r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal Malta li saru mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma għall-2018.
Filwaqt li qed tirrikonoxxi l-ħidma u l-progress tal-Gvern fit-tmexxija tal-ekonomija, sostna li se jkompli jaħdem biex isaħħaħ l-istituzzjonijiet. Qal li dan huwa important ħafna fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-evażjoni tat-taxxa.
Fl-istqarrija, il-Gvern spjega kif Malta daħħlet fil-liġi tagħha r-raba’ direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus u ppreżentat strateġija integrata għal dan il-għan.
Ara r-rapport sħiħ hawn taħt.